VVincent Mangani twieled ir-Rabat, Malta, fl-1957. Studja l-arti taht diversi artisti. Fl-2009 ghamel kors qasir fl-ikonografija l-Italja. Iggradwa bhala ghalliem tal-Arti u l-Krafts (1980), kif ukoll fit-Teologija (1985). ha sehem f’diversi wirjiet kollettivi. Kellu wkoll diversi wirjiet personali: sebgha f’Malta (2005; 2009; tnejn f’2014; 2018; tnejn f’2019) u wahda f’Ghawdex (2015). Progett importanti hu kurcifiss kbir flimkien ma’ San Pietru u San Pawl u l-erba’ Evangelisti ghas-Sagristija tal-Knisja tal-Frangiskani Minuri fir-Rabat, Malta. Sar ukoll kurcifiss imhaddan minn San Frangisk u l-figura ta’ San Frangisk ghal kappella privata taghhom. Vincent ghandu wkoll Studjo-Gallery il-hamrun fejn jesebixxi x-xoghol tieghu b’mod permanenti. hadem ukoll tliet ikoni ta’ daqs kbir: tnejn ghad-dar generali tal-M.U.S.E.U.M. u ohra ghall-Knisja Parrokkjali ta’ Wied il-Ghajn. Ghandu diversi ikoni f’diversi djar privati, kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta. Jippreferi juza materjali diversi bhala bazi ghall-ikoni li jikteb. Vincent hu membru tas-Socjetà tal-M.U.S.E.U.M. Bhala membru kien mibghut flimkien ma’ zewg socji ohra biex jaghtu bidu ghal Qasam u skola f’Korca, l-Albanija fl-1993. Hemmhekk dam jaghti sehemu hames snin. Illum, Vincent huwa rtirat wara 40 sena jahdem fl-edukazzjoni. Prezentament jghix f’Dar il-hanin Samaritan, f’Santa Venera, residenza ghas-socji tal-M.U.S.E.U.M.